Thursday, December 26, 2024

Supermarkets fl-Awstralja b’limitu mill-ġdid fuq ix-xiri ta’ toilet paper

Aqra wkoll

Jiem biss qabel il-Milied, is-supermarkets Woolworths u Coles reġgħu daħħlu fis-seħħ limitu fuq ix-xiri ta’ toilet paper fil-ħwienet tagħhom fi Greater Sydney.

Aktar kmieni llum Woolworths ħabbret li kienet se terġa’ ddaħħal fis-seħħ r-regola prekawzjonarja tax-xiri massimu ta’ żewġ pakketti ta’ toilet paper biex tassigura li l-klijenti tagħhom ikollhom aċċess ġust matul il-perjodu tal-Milied. Dan hekk kif qed jerġgħu jiżdiedu l-każijiet ġodda ta’ Covid-19 fir-reġjun tan-Northern Beaches.

Is-supermarket qal ukoll li triplika l-volum tal-ordnijiet tat-toilet paper fi New South Wales u se jkun qed jipprovdi aktar minn 400,000 pakkett lill-ħwienet tiegħu fl-istat matul din il-ġimgħa.

Michael Mackenzie, il-Gneral Manager ta’ Woolworths Supermarkets, qal li din id-deċiżjoni ttieħdet wara li fl-aħħar jiem kienet reġistrata żieda sinjifikanti fil-bejgħ tat-toilet paper.

Huwa żied jgħid li se jkompli jsir moniteraġġ fuq it-talba għall-prodott bil-għan li l-limitu jitneħħa malajr kemm jista’ jkun.

Ekonomija

Sport