Saturday, December 21, 2024

Suspettat li r-raġel kien ilu ħamest’ijiem li nqatel u mhux eskluż li miet b’daqqiet ta’ sikkina

Aqra wkoll

Ġurnata wara s-sejba ta’ katavru li nstab f’bagoll ta’ vettura fil-Wied ta’ Ħal Qormi, l-investigaturi baqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħhom b’rabta ma’ dan il-każ fejn fost l-oħrajn rapporti qed juru lli mhux qed jiġi eskluż li l-persuna kienet ilha ħamest’ijiem li nqatlet.

Hekk kif fis-sigħat li ġejjin mistennija ssir l-awtopsja fuq il-kadavru, din għandha tixħet iktar dawk fuq il-kawża tal-mewt u affarijiet oħra li għandhom jgħinu lill-investigaturi. 

Peress li l-katavru, li qed ikun suspettat li huwa ta’ Mario Farrugia ta’ 62 sena minn Pembroke li deher l-aħħar ġimgħa ilu, instab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni, huma mistennija li jsiru t-testijiet tad-DNA biex ikunu jistgħu jikkonfermaw.

Il-vettura li fiha nstab il-katavru hija l-istess waħda li kien qed juża Farrugia u li fl-aħħar jiem il-Pulizija talbet lill-pubbliku biex jgħinha fit-tfittxija tagħhom.

Jidher ukoll li f’dan l-istadju sorsi qrib l-investigazzoni mhux qed jeskludu li r-raġel li nstab inqatel b’daqqiet ta’ sikkina.

Ekonomija

Sport