Tuesday, March 24, 2026

Swieqi Phoenix NIUM rebbieħa tat-Tazza Nazzjonali tal-Volleyball

Aqra wkoll

Swieqi Phoenix NIUM huma r-rebbieħa tat-Tazza Nazzjonali tal-Volleyball, wara li għelbu l-isfida ta’ Falcons fit-tieni finali tas-sensiela lbieraħ waranofsinhar. It-tim rebaħ iż-żewġ finali tat-Tazza bl-iskor ta’ 3-0, biex b’hekk ħadu dan it-titlu.

Ir-rebħa tal-bieraħ ittemm xahar inkredibbli għat-tim, li matulu t-tfajliet ta’ Swieqi Phoenix assiguraw ukoll matematikament it-titlu tas-Superleague, u b’hekk kisbu doppjetta staġjonali impressjonanti ta’ suċċessi fil-Kampjonat u fit-Tazza.

It-Tazza Nazzjonali ġiet ippreżentata lit-tim wara l-logħba mill-President tal-MVA Branko Vlahovic. Il-President tal-Klabb Orlando Bonnici feraħ lill-plejers u l-kowċis tat-tim, filwaqt li esprima gratitudni lill-isponsors tat-tim NIUM għall-ġenerożità u l-lealtà tagħhom matul dawn l-aħħar ħames snin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport