Sunday, December 22, 2024

Sydney jaf terġa’ tispiċċa f’lockdown jekk il-Coronavirus f’Melbourne tinfirex aktar

Aqra wkoll

New South Wales qed jiffaċċja l-possibbiltà li jerġa’ jmur f’lockdown jekk it-trażmissjoni fil-komunità tinstab ukoll fl-istat. Dan hekk kif Melbourne qiegħed jiġġieled firxa kbira tal-Coronavirus. 

Il-Ministru tas-Saħħa, Brad Hazzard sostna li l-introduzzjoni mill-ġdid tar-restrizzjonijiet hi possibbiltà jekk il-virus jinfirex minn Victoria lejn New Wouth Wales. 

Hu qal li jekk jingħataw dak il-parir, allura din tkun possibbiltà. Madankollu, hu qal li jittama li jirnexxielhom iżommu t-trażmissjoni fl-inqas livelli. 

Hazzard wissa liċ-ċittadini biex ma jivvjaġġawx lejn Victoria fejn hemm aktar minn 300,000 residenti fi 12-il parti ta’ Melbourne li reġgħu tpoġġew taħt lockdown. 

Ekonomija

Sport