Thursday, December 26, 2024

Sydney tirreġistra tnaqqis fil-każi ġodda

Aqra wkoll

L-Awstralja se tiddiskuti l-pjan ta’ ftuħ mill-ġdid

Matul l-aħħar sigħat il-belt ta’ Sydney irrapportat li kellha tnaqqis fl-ammont ta’ każi ġodda ta’ Covid-19, iżda minkejja dan in-numru ta’ każi ġodda xorta waħda jinsab qrib livelli rekord. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-gvern federali Awstraljan xorta waħda mistenni li jkompli jħeġġeġ lill-istati biex jimxu mal-pjan ta’ ftuħ gradwali ladarba r-rata ta’ tilqim tkun laħqet 70% – 80% tal-popolazzjoni kollha.

Kien irrapporat li fl-aħħar sigħat ġewwa New South Wales kien hemm 882 każ ġdid, fil-maġġoranza tagħhom fil-kapitali Sydney. Minkejja li dan huwa numru sostanzjali, dan huwa xorta wieħed pożittiv meta tqabblu mal-1,029 li kienu rrapportati nhar il-Ħamis li għadda. Dan l-istat jidher li qiegħed isibha diffiċli biex jikkontrolla l-imxija tal-varjant Delta. 

Il-pjan nazzjonali ta’ ftuħ mill-ġdid kien maqbul bejn il-kapijiet tat-tmien stati u territorji flimkien mal-gvern federali x-xahar li għadda meta dakinhar il-każijiet ġewwa Sydney kienu baxxi. Fil-preżent iktar minn nofs il-popolazzjoni Awstraljana tinsab taħt lockdown strett u dan hekk kif bliet bħal Sydney, Melbourne u l-kapitali Canberra qed iħabbtu wiċċhom mal-varjant Delta. 

Ekonomija

Sport