Monday, February 23, 2026

Ta’ 12-il sena beda bil-Kannabis… ta’ 15-il sena kien fuq il-Kokaina u l-Eroina… kien qed iħallas €1,400 għad-droga fil-ġimgħa

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

…beda jbiegħ id-droga biex jissostanzja l-vizzju

…żdidulu l-flus mit-traffikar u hu spiċċa jżid l-abbuż

“Fl-aħħar jiem kien hemm deċiżjoni fuq raġel li llum għandu 46 sena. Kienet deċiżjoni li ma nistgħux ma nfaħħruhiex. Ġie mwissi għax spiċċa jitraffika d-droga, imma dan għamlu għax ma kellux triq oħra minħabba li l-vizzju ġabu għarkubbtejh. Ried jissostanzja l-vizzju li rikbu. 

Nifhem li hemm barra se jkun hemm min jipponta s-swaba u jiġġudika għax dan ingħata sentenza sospiża ta’ sentejn u twissija li jekk jagħmel reat ieħor irid iwieġeb għall-akkużi ta’ traffikar li nstab ħati għalihom. Faċli tipponta jekk ma tkunx taf ir-realtà. Ma’ tkunx taf minn x’hiex għaddiet din il-persuna. Dan ir-raġel illum għandu opportunità ġdida li jkompli b’ħajtu mingħajr ma jmur il-ħabs. Illum dan hu rijabilitat mid-droga u ingħata ċ-ċans li jkompli b’ħajtu ħieles mid-droga”.

Dan iddikjarah ma’ IT-TORĊA ħaddiem soċjali dwar każ ta’ raġel ta’ 46 sena, li beda jabbuża mill-Kannabis ta’ 12-il sena u wara ta’ 15-il sena kien diġa fuq il-Kokaina u l-Eroina. 

L-ammont ta’ droga  li kien jikkonsma kienet tiddependi mill-finanzi u dan għax “smoke kien ipejjep  qisu  tlett ‘joints’ kuljum. L-iSmack kien jieħu daqqa b’€20 jew daqqa €30 u Kokajina skond daqqa €30 jew daqqa €40. Fil-bidu ma kienx jieħu kuljum imma kien jieħu qisu tliet darbiet imma mbagħad beda jieħu kuljum. 

Kien spiċċa jaqbad il-karozza u jmur ibiegħ meta jċemplulu. Kull qartas kien ibiegħu għall-prezz ta’ €20 kull 0.2 grammi. Spiċċa jbiegħ id-droga għar-raġuni li ma setax ilaħħaq mal-ispejjeż tal-vizzju. Kien qiegħed jieħu tlett grammi Eroina u Kokajina kuljum billi jippreparahom f’taħlita jgħidulha ‘snowball’ u jinjettahom lilu nnifsu. Jgħid illi dan kien qed jiswieh mal-€200 kuljum waqt illi kien qiegħed jonfoq madwar €25 fil-ġimgħa fuq il-Kannabis. 

Jitkellem fuq kemm kien ikun il-qliegħ minn dan. Mill-bejgħ tal-Kokaina kien jaqla’ €40 fuq kull gramma waqt li kien jaqla’ €20 fuq kull gramma Eroina. Meta kien ilu madwar xahrejn ibiegħ id-droga u waqt li għall-ewwel beda jbiegħ madwar gramma Eroina u gramma oħra Kokajina kuljum, malajr beda jbiegħ żewġ grammi Eroina u żewġ grammi Kokaina kuljum. 

Il-proċess kien li min ried jixtri d-droga kien jikkuntattjah u jmur biha hu personalment isuq il-vettura tiegħu. Fi kliem stess m’għamel ebda qliegħ mill-bejgħ tad-droga, għall-kuntrarju  spiċċa iżid aktar fl-abbuż mid-droga. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport