Friday, December 27, 2024

Cross-overs: Ta’ Xbiex wisq b’saħħithom għal Barracudas

Aqra wkoll

Barracudas…………………5

Ta’ Xbiex…………………..18

(1-3, 0-4, 2-6, 2-5)

Ta’ Xbiex irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Barracudas meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 18-5.

Ta’ Xbiex rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals għalihom jaslu minn Uros Vasic minn penalty, Christian Milakovic u Ryan Mock minn man-up wara li tkeċċa Ryan Sciortino. Radovan Latinovic kien ġab l-iskor momentarjament indaqs għal Barracudas.

Fit-tieni sessjoni, Ta’ Xbiex, skorjaw erba’ goals mingħajr risposta bil-goals jaslu mill-captain Mattias Ortoleva (2), Christian Milakovic minn man-up wara li tkeċċa Thomas Perici Ferrante u Uros Vasic minn penalty.

Ta’ Xbiex rebħu wkoll it-tielet sessjoni b’distakk ta’ erba’ goals, iżda din id-darba bl-iskor ta’ 6-2, bl-iskorers ikunu l-captain Mattias Ortoleva (2) bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Radovan Latinovic, Uros Vasic (3) bit-tieni goal jasal minn penalty u Zion Bartolo. Radovan Latinovic minn penalty u T J Mifsud wieġbu għal Barracudas.

Ta’ Xbiex għamu l-en plain meta rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bl-iskorers ikunu Uros Vasic (3), Zion Bartolo u Lee Montebello. Paul Micallef minn man-up wara li tkeċċa Luke Grech Carr u Ivan Gusarov wieġbu għal Barracudas.

Barracudas: 1-Isaac Schembri, 2-Paul Caruana Turner, 3-Andrew Magri, 4-Paul Micallef (1), 5-Dean Ciantar, 6-Ryan Sciortino, 7-Ivan Gusarov (1), 8-Radovan Latinovic (2), 9-Charles Bugeja, 10-Simon Apap, 11-Aleandro Mifsud, 12-T. J. Mifsud (1), 13-Max Borg, 14-Thomas Perici Ferrante, 15-William Ruggier Coach: Keith Grima Scott

Ta’ Xbiex: 1-Miguel Vassallo, 3-Lee Montebello (1), 4-Luke Grech Carr, 6-Ryan Mock (1), 7-Jacob Saliba (2), 8-Christian Milakovic (2), 9-Uros Vasic (8), 10-Jan Culic, 11-Zion Bartolo (2), 12-Julian Farrugia, 13-Gianni Galea Curmi, 14-Mattias Ortoleva (4), 15-Kydon Agius Coach: Stephen Rizzo

Referees:Neville Mercieca, Alessio Nicolai

Ekonomija

Sport