Mara fi Florida qed tkun akkużata li abbandunat it-tarbija tat-twelid tagħha fuq għatba wara li s-sieħeb tagħha iddeċieda li jwaqqaf ir-relazzjoni tiegħu magħha.
Melissa Kelley ta’ 33 sena hi akkużata li abbandunat lit-tifel ta’ tlett xhurrr fuq l-għatba ta’ Patricia Tillman, l-omm is-sieħba l-ġdida li issa għandu l-eks sieħeb tagħha.
It-tarbija tħalliet fuq l-għatba f’ħarqa maħmuħa. Il-każ seħħ f’Dayton fi Florida. Jidher li Kelley allegatament qalet lil Tillman, li hi ma setgħetx tieħu ħsieb aktar it-tarbija. Hi qatt ma kienet iltaqgħet ma’ Tillman u fl-ebda ħin ma qaltilha ta’ min kienet it-tarbija, jiġifieri tas-sieħeb il-ġdid ta’ bintha. Hi wara ħarbet minn fuq il-post, waqt li Tillman ċemplet is-servizz ta’ 911.
Tillman infurmat lill-membri tal-familja b’dak li kien ġara u kien hawn li saret taf li s-sieħeb ta’ bintha kellu wild. It-tarbija issa tinsab f’idejn istituzzjoni li tieħu ħsieb it-tfal.