Tuesday, January 13, 2026

Tabib iwieġeb mhux ħati li niżżel materjal ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal

Aqra wkoll

Tabib ta’ 37 sena wieġen mhux ħati li niżżel materjal ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal minn fuq l-Internet. Fost il-materjal li niżżel allegatament kien hemm tfal taħt id-9 snin.

Kien nhar it-Tnejn li għadda li t-tabib, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti tressaq il-Qorti wara investigazzjoni li saret mill-pulizija.

Id-difiża talbet divjett fuq l-isem tat-tabib fil-bidu tas-seduta. Il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għal din it-talba u l-Qorti qalet li kienet qiegħda tilqa’ l-istess talba u waqqfet il-pubblikazzjoni ta’ kull dettall li t-tabib jista’ jiġi dentifikat. 

Fil-preżentata l-Prosekuzzjoni ma tax ħafna dettalji dwar x’wasslu għal arrest tat-tabib filwaqt li d-difiża mexxija mill-Avukat Franco Debono talbet lill-Qorti biex jinħatar espert biex jagħmel rapport soċjali fuq l-imputat.

Ġie spjegat fil-Qorti li t-tabib beda jieħu t-trattament li għandu bżonn biex jiġġield il-vizzji li għandu.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Carl Pace filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Robert Borg mexxew id-difiża.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport