Thursday, December 19, 2024

Tabib Pollakk isalvalhom il-vista wara titjir ta’ materjal splussiv

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Kont fil-kċina u rajt bomba ġejja lejn it-tieqa. Kollox seħħ malajr u lanqas ċans nirreaġixxu ma kellna”. Il-każ ġara fil-11 ta’ Marzu li għadda meta bomba spiċċat qerdet ir-residenza ta’ Olena Selichzianowa fir-reġjun ta’ Dnipropetrovsk Oblast.

Bil-lingwa Russa, l-omm ta’ tewmin ta’ ħames snin li jisimhom Nazar u Timur, iddeskriviet kif spiċċat għarkupptejha u ġibdet liż-żewġ uliedha taħtha biex tipproteġihom mill-biċċiet tal-materjal splussiv.

It-tlieta li huma spiċċaw ma jarawx minħabba titjir ta’ materjal li spiċċa jaħbat ma’ kull parti ta’ ġisimhom. Barra minnhekk huma sofrew ukoll ħruq fil-ġilda.

L-ispeċjalista f’Lviv Dr Nataliya Preys bagħat minnufih ritratti lill-għalliem tiegħu fil-Polonja Robert Rejdak fl-Università Medika  ta’ Lublin.

Redjak jgħid li t-tlieta li huma kienu fl-infern u minħabba l-biċċiet ta’ ħġieġ f’għajnejhom, kienet kważi impossibbli biex isalvaw il-vista. L-operazzjoni fuq l-omm irnexxiet u fortunatament diġà rkuprat ħafna tant li tista’ terġa’ tara liż-żewġt uliedha. Għalkemm l-irkupru taż-żewġt itfal se jieħu aktar fit-tul, il-professur kien ċar li l-fatt li jirkupraw wara dak li seħħ, jista’ jitqies bħala miraklu.

Ekonomija

Sport