Tliet timijiet jinsabu b’punti massimi wara t-tieni ġurnata ta’ logħob mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tat-Table Tennis. Fil-fatt, Alpha Alberta Group, Alpha Gewo u MITTC Butterfly kisbu t-tieni suċċess konsekuttivi sabiex qed jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika.
MITTC Butterfly ħasdu liċ-champions HiTT Academy WH Middle East hekk kif rebħu 4-3 f’logħba ferm emozzjonanti u interessanti.
Alpha Alberta Group u Alpha Gewo kisbu rebħiet identiċi ta’ 5-1 kontra Alpha Calleja Ltd u HiTT Academy Midea Airconditioning rispettivament.
F’aktar logħbiet, MITTC Dignics għelbu lil Top Spin TT Andro 4-2 filwaqt li HiTT Academy Liebherr kisbu rebħa kbira ta’ 6-0 kontra Top Spin TTA Roxon.
Fit-tieni diviżjoni, hemm erba’ timijiet b’punti massimi hekk kif kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva, Valletta HiTT Academy, Alpha Coogis, HiTT Academy Tibhar u HiTT Academy Mosta Dome B & B għandhom sitt punti minn żewġ logħbiet.
Dawn kienu r-riżultati li kellna mil-logħob li ntlagħab matul din il-ġimgħa:
It-Tieni Diviżjoni
HiTT Academy Tibhar – TopSpin TTA “Fraser” 4-2
MITTC Butterfly SUPERCHAK – Alpha Coogis 1-5
PBC Table Tennis Bluefire – PBC Table Tennis Bluegrip 5-1
HiTT Academy Legends – Valletta HiTT Academy 1-5
TopSpin TTA “Supercores” – TopSpin TTA “Hexer” 0-6
HiTT Academy Mosta Dome B&B HiTT Academy Home Trends 4-3
It-Tielet Diviżjoni
Sharp Shot Jekyl & Hyde – Sharp Shot Petrolea 4-2
Alpha Flexxon – Kindred 3-4
Sharp Shot Xiom – HiTT Academy Tibhar Evolution 5-1
HiTT Academy Faraxa – TopSpin TTA “Skelton” 1-5
Alpha Dynatec – HiTT Academy Sports Experience 5-1
TopSpin TTA “Novacell” – Alpha Codexx 1-5
Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp A
HiTT Academy Tibhar MK – Sharp Shot Omega 3-4
TopSpin TTA “Rasanter” – Alpha Youths 0-6
Sharp Shot Control – Ball Benderz Double Bounce 3-4
TopSpin TTA “Kanter” – HiTT Academy Tibhar Evolution MXP 1-5
MITTC Butterfly Mizuno Bye
Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp B
MITTC Tenergy – TopSpin TTA “Beta” 5-1
Sharp Shot Flick – HiTT Academy Pembroke 0-6
Spin Ryderz Double Bounce – Alpha Firebolt 0-6
TopSpin TTA “Munro” – HiTT Academy ITX 4-2