Wara li Bormla SC waslu sal-Kwarti tal-Finali fil-Major ta’ Pariġi f’inqas minn ġimgħa kien imiss il-Grand Prix ta’ Larissa fil-Greċja u hawn Bormla SC waslu sal-finali u komplew iżidu l-Podiums u għadhom fl- ewwel post dinji għal 21 xahar konsekuttiv.
Fi Grupp A Bormla tilfu l-ewwel logħba 1-2 kontra Subbuteurs tal-Greċja biex wara rebħu 4-0 lil Crimson Horses C tal-Greċja u kisbu rebħa kontra Scarlet Battallion 3-1 u rebħu l-Grupp biex fis-Semi-finali rebħu lil Proteas tal-Greċja 2-1 fejn imbagħad fil-Finali tilfu 0-2 kontra Scarlet Battalion. It tim kien kompost minn Jason Pisani, George Ebejer, Jean Carl Tabone u Josef Camilleri.
Fil-Kategorija tal-Veterani Jason Pisani wasal sal-Finali fejn tilef kontra Alberto Di Maggio 0-2 biex wasal għall-finali. Pisani fis-semi-finali rebaħ lil Salamouris 1-0 u fil-kwarti tal-finali rebaħ lil Papakostantinu wara l-ħin barrani.
Fil-Kategorija Open Ebejer wasal sas-semi-finali fejn tilef mar-rebbieħ G.Vlassoupolous 4-1 .
Bormla SC għalqu dan it-turnew b’żewġ midalji tal-Fidda u waħda Bronż.
Dan it-Turnew kien possibli bl-għajnuna ta’ VisitMalta, #exploremore, SportMalta, Mykonos by Yiamas, Euroclub Hotel, Fairbet Cospicua Dynamos, AUM u Każin Banda San Ġorġ, Bormla.

