Fi tmiem il-ġimgha bejn is-17 u t-18 ta’ Ġunju 2023 ġie organizzat it-turnew FISTF Grand Prix ta’ Messina ġewwa l-Italja. Fil-kategorija tal-Veterani Jason Pisani ħareġ rebbieħ, b’sensiela ta’ riżultati pożittivi. Jason rebaħ il-grupp bi tliet rebħiet: 3-0 vs Tonnetti, kontra J. Zammit Pavia 3-1 u kontra C.Siciliano 3-0, u avvanza għall-fażi tan-Knock Out. Fil-kwarti tal-finali, Jason għeleb lill- Olandiż Hank Lanzaat 3-1, fis-semi-finali għeleb lill-Belġjan Pascal Scheen tal-Belġju 1-0 fil-ħin barrani u fil-finali lill Belġjan Daniel Scheen 4-2 wara l-għoti tax-shots wara li l-logħba spiċċat 0-0.
John Zammit fil-Kategorija tal-Veterani wkoll kellu turnew pożittiv immens fejn wasal sas-semi- finali u podju importanti. Fil-Gruppi, Zammit rebaħ il-Grupp u avvanza għall-Kwarti tal-finali kontra B.Bagniato tal-Italja 2-1 u fis-semi-finali, iltaqa’ kontra Daniel Scheen tal-Belġju 0-2. Fil- Kategorija Open Mauro Camilleri wasal sal-fażi tal-gruppi, Josef Camilleri sal-aħħar 16 u George Ebejer sal-kwarti tal-finali.
L-għada kien hemm ukoll il-kompetizzjoni tat-timijiet, fejn Bormla Subbuteo Club waslu sas-semi-finali u tilfu 2-0 kontra t-tim rebbieh Taljan ta’ Barcelona ct. Biex waslu sas-semi-finali, fi Grupp 2, it-tim Malti għeleb lit-timijiet Taljani, Taranto 4-0, Siracusa 3-1, Messina 3-1. Fil-kwarti tal- finali, xejnu l-isfida tat-team Malti Valletta Lions 3-1, fis-semi-finali Bormla SC tilfu 0-2 mat-team rebbieħ, it-Taljani ta’ Barcelona ct. It-team Bormliż kien kompost minn dawn il-players: Mauro Camilleri, Jason Pisani, John Zammit, George Ebejer u Josef Camilleri .
Issidjati fin-numru 4 fir-rankings mondjali, fil-ġimgħat li ġejjin, Bormla SC se jkunu qed jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet ġewwa Malta, Greċja u l-Ġermanja.