Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, sar il-Grand Prix tal-Ġermanja tat-Table Football fejn ikkompetew u rebħu diversi atleti Maltin.
Jason Pisani rebaħ il-kategorija tal-Veterani wara li għeleb lil Santo Longo fil-finali. John Zammit wasal sal kwartifinali ta din il-kompetizzjoni.
Fil-kategorija Under 16, Gabriel Ebejer wasal sal finali fejn tilef kontra Angelo Bisio. Fil-kategorija tal-Under 20, Thomas Ebejer wasal sas-semi-finali. Fil-kategorija Open, George Ebejer wasal sal-kwarti tal-finali.
Intant, fil-kategorija tat-timijiet, Bormla Subbuteo Club kisbu rebħa oħra wara li għelbu lil Catania fil finali. Stembert ta’ John Zammit ukoll kellhom turnew posittiv, hekk kif waslu sas-semifinali. Zammit kien strumentali għat-tim tiegħu sabiex kisbu dan it-tragward, hekk kif ma tilifx logħba.
Il-parteċipazzjoni tal-atleti Maltin tkompli tkun possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.