Sunday, November 24, 2024

Table-tennis: David Pace b’esperjenza pożittiva f’Ruma

Aqra wkoll

Fi tmiem din il-ġimgħa ntemmu l-kampjonati internazzjonali tat-table tennis għall-kategorija Masters li saru fil-belt kapitali Taljana Ruma. Malta kienet irrappreżenta mill-plejer veteran David Pace li ħalla impressjoni tajba bil-wirjiet li offra u r-riżultati miksuba.

Pace ħa sehem fil-kategorija tal-irġiel ta’ ‘l fuq minn 55 sena fejn rebaħ kontra atleti Olandiżi, Franċiżi u Daniżi u kien biss il-plejer Arġentin Mathias Micheli li waqqaflu l-mument pożittiv tiegħu għalkemm bata biex rebaħlu 3-2.

Fid-doubles hu ħa sehem f’koppja mal-Iżvizzeru Olivier Stryjski fejn rebħu kontra żewġ timijiet Franċiżi u Taljani. Huma waslu sat-tielet fażi tal-kompetizzjoni għalkemm tilfu 17-15 kontra l-koppja Ġermaniża Juker/Renco.

David Pace ħa sehem ukoll fil-mixed doubles fejn flimkien ma’ Roberta Negriolli tal-Italja lagħbu kontra avversarji Kolombjani, Ingliżi u Ġermaniżi għalkemm tilfu l-ewwel logħbiet tagħhom. Minkejja kollox, huma kisbu rebħiet kontra avversarji oħra Kolombjani u Ġermaniżi.

F’din il-kompetizzjoni spikkaw ukoll in-numru ta’ voluntiera li tejbu l-organizzazzjoni bil-Maltin Denis Borg, Alex Anastasi u Noel Schembri li taw daqqa t’id sabiex ikun hemm is-suċċess mixtieq.

Sport