Thursday, December 19, 2024

Table Tennis: Isiru l-ewwel ranking tournament

Aqra wkoll

Matul din il-ġimgħa kien hemm waqfa mill-kampjonat lokali tat-table tennis sabiex sar l-ewwel ranking tournament fil-Padiljun Sportiv tal-Universita’ fl-Imsida.

Kien hemm erba’ kategoriji tas-seniors, juniors, cadets u mini-cadets.

Wara sensiela ta’ logħob, Daniel Bajada ġie l-ewwel fis-seniors b’Conrad Puli jispiċċa fit-tieni post. Fil-kategorija Juniors, Neil Incorvaja temm fl-ewwel post segwit minn Matthew Zammit.

Fil-cadets kien hemm suċċess għal Matthew Zammit b’Sebastian Farrin Thorne jiġi fit-tieni post. Finalment fil-mini-cadets Danny Scicluna spiċċat fl-ewwel post b’Julia Bonnici tispiċċa fit-tieni post.

Last Monday there was a pause from the local table tennis league with the focus going on the first ranking tournament held at the University Sports Complex in Msida.

Various athletes participated in four categories seniors, juniors, cadets and mini-cadets.

After a series of games, Daniel Bajada came first in the seniors category followed by Conrad Puli who finished second. In the Juniors’ category, Neil Incorvaja triumphed followed by Matthew Zammit.

In the cadets’ section, Matthew Zammit came first with Sebastian Farrin Thorne as runner-up. Finally in the mini-cadets category, Danny Scicluna got the first position with Julia Bonnici coming second. 

Ekonomija

Sport