Bdiet l-avventura tat-timijet nazzjonali Maltin tat-table tennis fil-kampjonat Ewropew taż-żgħażagħ organizzat mill-ETTU.
Ilbieraħ kienu fl-azzjoni kemm il-cadets kif ukoll it-timijiet tal-juniors kemm irġiel kif ukoll nisa.
Fil-Cadets, Malta tilfet 3-0 kontra s-Slovenja u l-Lussemburgu filwaqt li fil-Juniors, l-irġiel Maltin tilfu 3-0 kontra n-Norveġja u l-Greċja rispettivament.
Mill-banda l-oħra, in-nisa Maltin kellhom logħba tajba kontra n-Norveġja fejn rebħu sett għalkemm xorta tilfu 3-1. Aktar qabel, huma sfaw megħluba mil-Lussemburgu u l-Iżvezja 3-0.
Sadanittant fit-tieni ġurnata ta’ logħob ta’ dan it-tournament li qed isir fil-belt Żvediża ta’ Malmo, il-cadets Maltin jilgħab kontra l-Latvja fit-3.30pm filwaqt li t-timijiet tal-juniors tal-irġiel u tan-nisa għandhom impenn filgħodu kontra l-Bożnja u l-Armenja rispettivament.
Iż-żgħażagħ Maltin jibdew l-impenji tagħhom f’Malmo