Il-Ħamis intemm il-kampjonat Ewropew taż-żgħażagħ tat-table tennis fil-belt Pollakka ta’ Gliwice fejn il-plejers Maltin kienu fl-azzjoni għall-aħħar darba.
B’xorti ħażina ż-żgħażagħ Maltin tilfu l-logħbiet kollha li lagħbu fil-kategorija doubles fejn Oliver Farrin Thorne, Neil Incorvaja, Sebastian Farrin Thorne, Matthew Zammit, Sabine Darmanin, Anthea Cutajar, Rachel Mifsud, Luke Fenech, Luke Bonello u Conrad Puli sofrew telfa kontra oppożizzjoni barranija.
Minkejja kollox, dawn iż-żgħażagħ Maltin ħadu esperjenza notevoli tul dan il-logħob li sar fil-Polonja apparti l-kamp ta’ taħriġ li sar ftit tal-jiem qabel fil-Ġermanja.
L-iskwadra Maltija kienet immexxija mill-kowċis Viktoria Luchenkova u Peter Borg Cardona.