Wednesday, October 2, 2024

Table-tennis: Kim Taehyun fl-azzjoni illum f’Doha

Aqra wkoll

Kim Taehyun se jkun qed jikkompeti fil-WTT Doha Table Tennis Tournament li se jibda llum. Hu se jirrappreżenta lil pajjiżna fil-kategorija singles fejn fiha jieħdu sehem l-aqwa plejers fuq livell mondjali.

Sadanittant Taehyun ikkwalifika għal mal-aqwa 24 fid-doubles fejn flimkien mal-kollega tiegħu Mudit Dani ħadu sehem f’turnew li sar f’Beijing fiċ-Ċina. Dan tal-aħħar lagħab fl-Olimpijadi ta’ Pariġi u kien mistenni li jkun ta’ spalla għall-plejer Malti. B’xorti ħażina, Dani ma kienx fil-forma mistennija u minkejja l-isforzi tal-plejer Malti huma tilfu bl-iskor ta’ 3-0 kontra l-koppja Santiago Lorenzo/Aditya Sareen sabiex ġew eliminati minn din il-kompetizzjoni. Madankollu s-sets kienu kollha viċini b’Taehyun li ta qalbu f’din il-logħba.

Kim Taehyun, li jilgħab ma’ MITTC, qed jagħmel isem għalih u għal Malta hekk kif riċentement lagħab fil-finali tal-World Grand Smash fejn spiċċa fit-tieni post tad-doubles flimkien ma’ Vincent Pickard.

Din il-parteċipazzjoni kienet possibbli grazzi għal Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti li kienet ta’ sostenn sabiex il-plejer Malti jkun jista’ jirrappreżenta lil pajjiżna u fl-istess ħin jagħmel isem lil pajjiżna.

Kim Taehyun fl-azzjoni illum f’Doha

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport