Sunday, December 22, 2024

Table-tennis Parkinsons: Ġurnata perfetta għall-plejers Maltin fis-Slovenja

Aqra wkoll

Anna Tabone u Adrian Casha kellhom ġurnata eċċezzjonali fil-Kampjonati Dinjija tal-Ping Pong Parkinsons li qed isiru f’Lasko fis-Slovenja hekk kif lagħbu flimkien u rebħu l-logħbiet kollha tagħhom tal-mixed doubles.

Tabone u Casha għelbu lil Maximilian Butolen//Marjanca Cajlinger tas-Slovenja 3-0 sabiex fit-tieni logħba għelbu lil Reinhard Augstein/Roswitha Lamm tal-Ġermanja 3-1. L-aħħar partita kienet rebħa faċli ta’ 3-0 kontra Libor Jasa u Eva Korbickova tar-Repubblika Ċeka.

Wara dawn ir-riżultati, il-koppja Maltija għaddew għar-round tal-aħħar 16.

Sadanittant, il-ġurnata perfetta tal-kontinġent Malti kompliet fil-kategorija individwali fejn Adrian Casha għeleb lil Bojan Likar tas-Slovenja 3-0 filwaqt li Ralph Accarino għeleb lil Franci Dragan tas-Slovenja 3-0 ukoll. Anke Casha u Accarino għaddew għall-fażi tal-aħħar sittax.

Ekonomija

Sport