Monday, October 14, 2024

Table-tennis: Sacha Pace jiffirma ma’ ASD Virtus Enna

Aqra wkoll

Il-plejer tat-table tennis Malti Sacha Pace iffirma ma’ ASD Virtus Enna fi Sqallija sabiex se jkun qed jilgħab fil-kampjonat Taljan fl-istaġun li għadu kemm beda.

Virtus Enna jikkompetu fis-serie C2 Taljana b’Pace li beda jitħarreġ ma’ dan it-tim fil-jiem li għaddew. Hu ġie ppreżentat lil sħabu l-ġodda u minnufih kien fl-azzjoni kontra TT Caltanissetta, logħba li Virus Enna rebħu bl-iskor ta’ 5-2. F’din il-logħba, Pace rebaħ żewġ logħbiet fil-kategorija individwali u kien ukoll magħżul sabiex jilgħab fid-doubles ma’ Andrea Ciulla. Il-ġurnata pożittiva ta’ Pace kompliet hawnhekk ukoll hekk kif it-tim tiegħu rebaħ il-logħbiet kollha li lagħbu.

Għal dawn l-aħħar snin, Pace kien qed jitħarreġ ma’ Sharp Shot Table Tennis Academy filwaqt li kellu diversi esperjenzi internazzjonali.

Sport