Friday, December 27, 2024

Table-tennis Żewġ timijiet Maltin jirbħu fid-doubles

Aqra wkoll

Fis-sitt ġurnata tal-European Youth Championships li qed isiru fil-belt Pollakka ta’ Gliwice, bdew il-kompetizzjonijiet individwali u tad-doubles.

F’din il-ġurnata l-koppja Luke Bonello u Rachel Mifsud għelbu lil Niko Donga u Sofija Hasanu tal-Maċedonja 3-2 filwaqt li bl-istess skor, Conrad Puli u Anthea Cutajar rebħu lil Mushegh Nazaryan u Mora Ghazaryan tal-Armenja.

Fil-kompetizzjoni individwali l-uniku Malti li ħareġ rebbieħ kien Neil Incorvaja li rebaħ 3-2 lil Alexander Ivanov tal-Iżlanda. Conrad Puli kien ferm viċin li jikseb riżultat pożittiv iżda spiċċa tilef 3-2 kontra Andrej Milosevic tal-Montenegro.

Il-logħob ikompli llum b’aktar logħbiet mill-kategoriji singles u doubles.

Ekonomija

Sport