Thursday, December 19, 2024

Tadej Pogacar jirbaħ is-sitt stadju tat-Tour de France

Aqra wkoll

Is-Sloven Tadej Pogacar (UAE Team Emirates) ipproduċa attakk impekkabbli fit-telgħa finali lejn Cauterets-Cambasque biex għeleb liċ-champion renjanti, id-Daniż Jonas Vingegaard (Team Jumbo–Visma) u rebaħ is-sitt stadju tat-Tour de France, f’ħin ta’ 3:54:27 fuq distanza ta’ 145 kilometru. 

Kienet risposta mill-aqwa minn Pogacar, li tilef aktar minn minuta kontra Vingegaard fl-ewwel ġurnata tal-Ħamis, fil-muntanji tal-Pyrenees. 

Pogacar, li rebaħ dan it-Tour darbtejn, issa jinsabu fit-tieni post tal-klassifika ġenerali 25 sekonda wara l-istess Vingegaard.

Vingegaard ħa l-flokk isfar  mingħand l-Awstraljan Jai Hindley (Bora–Hansgrohe) li waqa’ fit-tielet pożizzjoniwara li f’dan is-sitt stadju temm fis-sitt post. 

Il-Ġimgħa jsir is-seba stadju bejn Mont-de-Marsan to Bordeaux fuq distanza ta’ 170 kilometru. 

Ekonomija

Sport