Tuesday, December 24, 2024

“Tafu tistħu? Għajb għal min ma kellux il-kuraġġ iwaqqaf din id-deċiżjoni”

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat komplew il-mistoqsijiet rigward min hu l-moħħ wara t-tkeċċija ta’ Mario Mallia minn Surmast tal-Kulleġġ ta’ St Albert wara aktar minn 15-il sena f’dan l-irwol. 

Fost dawk il-ħafna persuni li esprimew reazzjonijiet imħallta ta’ rabja u dieqa għat-tkeċċija ta’ Mallia tkellem ħuh it-tewmi, John Mallia.

John iddikkjara li qiegħed jagħmel tali dikjarazzjoni mingħajr il-permess ta’ ħuh għax ma felaħx iżjed għal din “l-inġustizzja ħoxna”.

“Familtu u n-nies ta’ madwaru, jafu x’ta Mario għall-Kulleġġ St. Albert. U jafu wkoll b’liema prinċipji mexxa, flimkien mat-tim tiegħu: inklużjoni, kreattivita`, u l-iżvilupp tal-persuna fil-komunita`; sisien ta’ edukazzjoni nisranija u awtentika kif għandha tkun”, kompla John.

Huwa qal ukoll li jekk hemm xi ħadd li jista’ jifhem ir-rispett enormi li jgawdi Mario huwa hu, li minħabba li jixbhu ħafna, ħafna mid-drabi jispiċċa jieħu l-mertu hu.

“Imbgħad tiġi deċiżjoni bħal din. Min għamel din il-froġa inħeba b’mod kodard wara differenzi ta’ policy u aspetti maniġerjali. U nsiru nafu li biex keċċewh, semmew l-insubordinazzjoni aggravata. Tafu tistħu? Dan għax Mario mexxa programm ta’ inklużjoni mingħajr ma ħa permess mingħandkom? Dan għax għandu prinċipji nsara u soċjali ċari u sodi, u jħaddimhom? Dan għax max-xogħol kollu li kellu hu u sħabu waqt il-pandemija, waqqfu koperattiva, This Is Coop, biex tkun tista’ timpjega eks-studenti li jsibu diffikulta` jidħlu fid-dinja tax-xogħol minħabba diżabbilta`? Koperattiva li spiċċat tagħmel ħoss ukoll barra minn Malta?”, kompla biex jistaqsi t-tewmi.

John għalaq biex jagħlaq li Mario dejjem ħadem f’tim u li din l-azzjoni hija azzjoni kontra t-tim kollu u li huwa ta’ għajb li ma kienx hemm min kellu kuraġġ iwaqqaf din id-deċiżjoni.

Ekonomija

Sport