Wednesday, July 24, 2024

Tagħlaq il-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-PE u KE

Aqra wkoll

Mat-tokki tal-10.00pm ingħalqet il-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u anke tal-Kunsilli Lokali. Bil-vot tiegħu l-poplu se jkun qiegħed jeleġi 6 Membri tal-Parlament Ewropew u Kunsillieri biex jirrappreżentaw lil poplu f’68 lokalità.

Madwar Malta u Għawdex, fil-postijiet tal-votazzjoni l-andament kien wieħed mexxej u kollox mexa b’mod organizzat.

Matul il-ġurnata stajna nsegwu lill-ogħla uffiċjali tal-pajjiż li kollha marru jivvotaw fosthom il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono u żewġha Dr Anthony Spiteri Debono li vvutaw ftit wara l-11:30am f’Birkirkara.

Qabel ivvota l-Prim Ministru Dr Robert Abela u martu Dr Lydia Abela li vvutaw fl-10am fiż-Żejtun. Ivvota wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Bernard Grech u martu AnneMarie Grech li tefgħu l-vot tagħhom fil-Mosta.

Issa minn hawn ‘il quddiem kollox jibda jdur lejn in-Naxxar fejn minn hawn u ftit tal-ħin ieħor mistennija li jaslu l-ewwel kaxxi bil-voti.

Għada imbgħad tard filgħodu jew kmieni wara nofsinhar ikollna l-ewwel indikazzjoni ta’ kif marru l-partit u anke l-ewwel kandidati tal-Parlament Ewropew li jkunu ġew eletti.

Ekonomija

Sport