Saturday, March 7, 2026

Tagħlaq it-tieni sejħa għall-offerti biex jinbnew djar affordabbli

Aqra wkoll

Is-sejħa ta’ interess ippubblikata mill-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli b’rabta mal-inizjattiva ta’ bejgħ ta’ appartamenti affordabbli f’Marsaskala ġiet konkluża.

Din is-sejħa ġiet ippublikata fis-6 ta’ Jannar 2026 u wara xahrejn, il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli rċiviet offerta ssottomessa minn MN Limited.

Dan il-proġett ta’ Marsaskala jifforma parti mill-Inizjattiva Djar Affordabbli li għandha twassal għall-bini ta’ mhux inqas minn 260 appartament mifruxin fuq erba’ siti. Is-siti ta’ daqsijiet varji jinsabu fil-Fgura, Marsaskala, Ħal Kirkop u Ta’ Giorni San Ġiljan. L-għan tal-inizjattiva huwa li dawn l-appartamenti jinbiegħu 30% inqas mill-prezz tas-suq għal appartamenti simili fl-istess żoni.

Dawn l-appartamenti se jkunu disponibbli għal individwi u koppji li għandhom dħul minn baxx sa medju. Persuni interessati huma mistedna jirreġistraw l-interess u biex jibqgħu aġġornati fuq is-sit www.affordablehousing.mt.

Il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli hija frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern
u l-Arċidjoċesi ta’ Malta. L-għan tagħha huwa li b’mod sostenibbli toffri soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni adekwati u affordabbli lil persuni li għandhom dħul minn baxx sa medju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport