L-Għaqda Pensjonanti tal-General Workers Union kompliet bis-sensiela ta’ taħditiet edukattivi u ta’ informazzjoni ta’ kull xahar għall-anzjani. Is-suġġett li kien imiss li jiġi diskuss, kien dwar il-pensjonijiet u benefiċċji oħra għall-anzjani.
Dan is-suġġett kien ittrattat fil-fond mis-Sur George Cremona, Direttur Ġnerali tad-Dipartimnt tas-Servizzi Soċjali li fit-taħdita tiegħu ffoka l-iktar fuq il-miżuri favur l-anzjani u l-pensjonanti li tħabbru fil-Budget għal din is-sena.
Huwa wkoll wieġeb għal mistoqsijiet li sarulu minn uħud minn dawk preżenti.

