Friday, April 26, 2024

Taħriġ għall-uffiċjali tad-dwana Maltija mill-Organizazzjoni dinjija Doganali

Aqra wkoll

Id-Dwana ts’ Malta rnexxielha tikseb żewġ korsijiet ta’ taħriġ professjonali, taħt il-programm tal-Infurzar Strateġiku tal-Kontroll tal-Kummerċ (STCE) tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO). 

Id-WCO se tkun qed twettaq dawn iż-żewġ korsijiet ta’ taħriġ nazzjonali għall-amministrazzjoni doganali ta’ Malta fil-qasam tal-Kontroll Strateġiku tal-Kummerċ.

Il-programm ta’ taħriġ ser ikollu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet nazzjonali tal-uffiċjali tad-dwana fil-prevenzjoni tat-traffikar illeċitu u l-kuntrabandu ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (AQM) u oġġetti relatati. Iż-żewġ sessjonijiet huma ppjanati li jsiru mill-5 sat-8 ta’ April 2022 u mill-11 sal-14 ta’ April 2022 konsekuttivament.

25 uffiċjal se jipparteċipaw f’kull sessjoni ta’ taħriġ u l-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-inizjattiva se jitħallsu mid-WCO.

Id-WCO ilu jmexxi l-programm tal-Infurzar Strateġiku tal-Kontroll tal-Kummerċ (STCE) mill-2016. Ir-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tappella lill-Istati Membri kollha biex japplikaw kontrolli effettivi fuq il-kummerċ ta’ komoditajiet b’potenzjal li jintużaw fl-iżvilupp, il-manifattura u l-użu ta’ armi ta’ qerda massiva (AQM) u s-sistemi ta’ kunsinna tagħhom. 

Il-programm STCE huwa inizjattiva għall-bini tal-kapaċità li tippermetti lill-aġenziji Doganali globalment jindirizzaw b’mod effettiv il-pjaga tal-proliferazzjoni tal-AQM.

Sport