Fl-ewwel diskors tiegħu fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali, Charles Bonello qal li taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech il-partit kompla jiġġedded u jingħaqad.
Qal li taħt it-tmexxija ta’ Grech sar ħafna ġid kemm għall-partit u anke għall-pajjiżna fosthom li NET TV baqa’ jżid fil-popolarità.
Bonello qal li saret ħidma biex f’pajjiżna jkun hawn aktar spazji miftuħa fost affarijiet oħrajn. Qal li taħt Grech il-Partit Nazzjonalista kien is-soluzzjoni biex itaffi mill-kaos li għandu Gvern Laburista.
Dwar il-proċess għall-mexxej ġdid, Bonello qal li dan hu “proċess delikat, elaborat u li kull wieħed u waħda minna rridu nassiguraw li jsir b’serjetà u dixixplina”