Tkellimna wkoll ma’ Andrew Agius, donatur ferm iżgħar fl-età u li din kienet it-tmien għotja tiegħu.
L-esperjenza tiegħu bħala donatur bdiet waqt waħda mill-ħafna kampanji li matul is-sena ċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm jorganizza madwar Malta u Għawdex bil-għan li jħeġġeġ aktar persuni jersqu biex isiru donaturi. Qalilna li kollox beda b’ċikka minn attività li kienet għaddejja fl-Università meta sab ftit tal-ħin u mar biex jagħti l-ewwel għotja tiegħu.
“It-tingiża forsi tbeżża’ lil ħafna imma fil-verità tinħass mill-inqas infatti kif qegħdin taraw b’għajnejkom qegħdin nitkellmu u qisu xejn mhu xejn. L-istess bħal ta’ qabli jiena nemmen li s-suċċess ta’ dan il-post huwa l-istaff professjonali”, tenna Agius filwaqt li spjega dwar is-sodisfazzjon li taf li qiegħed tgħin biex ikollna soċjetà iżjed sigura.