Monday, March 23, 2026

“Tajt struzzjonijiet biex jiġu posposti kwalunkweattakki militari kontra impianti tal-enerġija fl-Iran”

- il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, wara laqgħa deskrittivi pożittivi mal-Iran

Aqra wkoll

Hekk kif id-dinja kienet fuq ix-xwiek tistenna x’se jiġri wara li jintemm l-ultimatum tal-Istati Uniti dwar l-Istrett ta’ Hormuz, bil-biża’ kienet li attakki fuq impjanti tal-enerġija kienu se jisplodu il-prezz taż-żejt, il-President Trump ħabbar ftit ħin ilu li ta struzzjonijiet biex jiġu postposti kwalunkwe attakki kontra l-impjanti tal-enerġija fl-Iran.

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump iddikjara li “bi pjaċir nirrapporta li l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Iran fl-aħħar jumejn kellhom konversazzjonijiet tajbin ħafna u produttivi rigward riżoluzzjoni sħiħa u totali tal-ostilitajiet tagħna fil-Lvant Nofsani.

Abbażi tat-ton ta’ dawn il-konverżazzjonijiet li se jkomplu matul il-ġimgħa, tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tal-Gwerra biex jipposponi kwalunkwe attakk militari kontra impjanti tal-enerġija u infrastruttura tal-enerġija Iranjani għal perjodu ta’ ħamest ijiem, soġġett għas-suċċess tal-laqgħat u d-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport