Tuesday, September 24, 2024

Takefusa Kubo jirrifjuta offerta minn Napoli u Al Hilal

Aqra wkoll

Il-winger internazzjonali Ġappuniż Takefusa Kubo irrifjuta żewġ offerti attraenti ta’ Napoli u Al Hilal hekk kif jippreferi jibqa’ jilgħab mal-klabb tiegħu Real Sociedad.

Al Hilal mill-Arabja Sawdija saħansitra offrewlu s-somma ta’ €160 miljun iżda dan kollu ma impressjonax lil Kubo li sostna li jinsab kuntent fil-klabb minn San Sebastian.

Kubo ilu ma’ Real Sociedad sa mis-sena 2022 u skorja disa’ gowls f’25 partita.

Sport