Fi stqarrija s-Soċjeta Santa Marija u l-Banda Re George V qalu li lbieraħ indunaw li kien hemm ċ-ċwievet tan-niċċa ta’ Santa Marija neqsin.
Allegaw li dawn iċ-ċwievet “insterqu minn individwu partikolari… li hu membru tas-Soċjeta Mużikali Madonna tal-Ġilju”.
Sar kuntatt ma’ dan l-individwu li kien hemm suspett li kellu ċwievet, u dan irritorna l-istess ċwievet.
Il-Kappillan informa lill-Kurja tal-Arċisqof b’dan il-każ.

