Friday, March 21, 2025

“Tal-inqas illum ma għadekx tħoss it-tbatija”

Kieku llum Jake Vella jagħlaq 16-il sena

Aqra wkoll

Jake Vella li ġibed is-simpatija tal-pajjiż kollu, illum kienu jagħlaq 16-il sena. Minkejja li tilfet lil binha, omm Jake tikteb fuq il-midja soċjali li “tal-inqas illum ma għadekx tħoss it-tbatija.”

Tikteb li “llum għandek il-birthday u hu diffiċli ferm li mhux se niċċelebraw flimkien. Nimmisjak aktar milli l-kliem jistgħu jgħidu… nimmissja d-diskursati miegħi, nimmisjak meta kont iddoqq il-pjanu u l-kitarra… Kont tifel matur u għaref… li tispira lil kulħadd bl-enerġija tiegħek u bil-qalb tajba li kellek.”

Puttinu wkoll sellem il-memorja ta’ Jake vella filwaqt li xandar filmat li fih it-tifel jinstema jitlob lill-pubbliku biex fil-Ġimgħa l-Kbira jgħidu lil din l-għaqda.

Puttinu jikteb “Iċċelebra ma’ sħabek l-Anġli fil-Ġenna u tinsiex titlob għalina”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport