Sunday, December 22, 2024

Tal-PN iridu laqgħa ta’ Kumitat Parlamentari f’dawn il-ġranet tal-Milied

Aqra wkoll

Iż-żewġ Deputati Nazzjonalisti li huma membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jridu li tissejjaħ laqgħa tal-Kumitat Parlamentari f’dawn il-granet tal-Milied sabiex jiġi diskuss il-każ tal-Ministru Justyne Caruana.

Id-Deputati Nazzjonalisti, Karol Aquilina u Therese Comodini Cachia għamlu din it-talba f’ittra li lbieraħ bagħtu lill-Ispeaker tal-Parlament, Dr Anġlu Farruġia.

Bil-għan li ssir malajr il-laqgħa ta’ dan il-Kumitat Parlamentari, huma sostnew li ma jistgħux iħallu dan il-każ ikarkar sas-sena d-dieħla.

Aquilina u Comodini Cachia fl-ittra tagħhom sostnew li hekk huwa diffiċli li l-laqgħa ssir din il-ġimgħa huma disposti li l-laqgħa ssir meta jrid l-Ispeaker il-ġimgħa d-dieħla.

Ekonomija

Sport