Sunday, December 22, 2024

Talab skuża lil missieru wara li kiser il-bail minħabba l-problema tad-droga

Aqra wkoll

Roderick Monreal ta’ 32 sena ammetta li kiser il-kundizzjonijiet li ġew impostu fuqu wara li ngħata l-ħelsien mill-arrest meta ntlemaħ fir-Rabat.

Il-prosekuzzjoni spjegat li r-raġel qed jikser il-kundizzjonijiet imposti fuqu minħabba l-problema tad-droga.  

L-akkużat, bid-dmugħ f’għajnejh talab maħfra u qal li jixtieq jibda programm ta’ rijabilitazzjoni. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Monica Vella, laqgħet it-talba tad-difiża u poġġiet lill-imputat taħt ordni ta’ trattament. 

Hu u ħiereġ mill-awla, l-akkużat talab skuża lil missieru u qallu li jħobbu. Minn hemm Monreal ttieħed lejn il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex jibda programm ta’ rijabilitazzjoni.

Ekonomija

Sport