Tuesday, November 26, 2024

Talba biex jiġi rivedut id-disinn tal-estensjoni tal-lukanda Excelsior

Aqra wkoll

Il-Bord tal-Ippjanar talab lill-perit/applikant tal-estensjoni tal-lukanda Grand Hotel Excelsior sabiex jindirizza kwistjonijiet ta’ disinn u titjib fl-estetika. 

Għalkemm irrikonoxxa li sar titjib sinjifikanti, waqt il-proċess tal-applikazzjoni biex jitnaqqas il-volum, il-massa u l-għoli tal-proġett kif propost, il-Bord talab li jiġi rivedut id-disinn ġenerali tal-estensjoni.

Intqal li d-disinn jeħtieġ li jiżgura li jkun hemm tranżizzjoni aħjar bejn l-iżvilupp ġdid propost u s-swar madwar il-port u biex itaffu l-impatt viżwali ta’ kif se jiġi jidher il-proġett minn lokalitajiet bħall-Imsida, Ta’ Xbiex u Manoel Island.

Il-Bord esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-aħħar pjanijiet ta’ estensjoni ma kinux jestendu ‘l fuq mil-livell ta’ Triq l-Assedju l-Kbir filwaqt li x-xogħlijiet proposti relatati mal-proġett jinkludu l-bini ta’ estensjoni laterali mal-lukanda li se tinkludi 77 kamra addizzjonali, ristorant ġdid u d-disinn mill-ġdid taż-żona tal-pixxina fost oħrajn.

Sport