Tuesday, May 14, 2024

Talba biex titressaq mozzjoni għat-tneħħija tal-President George Vella

Aqra wkoll

Il-kwistjoni marbuta mal-iffirmar tal-liġi tal-IVF kellha żvolta ġdida fl-aħħar sigħat u dan hekk kif iċ-Ċerpersin tal-ADPD Carmel Cacopardo talab biex titressaq mozzjoni fil-parlament biex il-President George Vella jitneħħa b’mozzjoni t’impeachment. Hu qal li dan  għandu jsir wara li l-President tar-Repubblika naqas li jiffirma il-liġi tal-IVF kif approvata aktar kmieni dan ix-xahar.

Carmel Cacopardo fit-talba tiegħu semma’ l-Artiklu 72 tal-Kostituzzjoni u qal li dan jitlob li “meta jkun hemm liġi li tiġi ppreżentata lil President għal kunsens tieħu, dan għandu jagħmel dan mingħajr dewmien.”

Spjega li liġi kif approvata ilha għand il-President għal numru ta’ ġranet u l-President Vella għadu ma tax il-kunsens tiegħu kif inhu obbligat li jagħmel. Iddikjara li dan in-nuqqas ta’ kunsens min-naħa tal-President “mingħajr dewmien” huwa bi ksur ċar tar-responsabbiltajiet Kostituzzjonali tiegħu.

Carmel Cacopardo qal li “dan huwa assolutament inaċċettabbli u jmur kontra ir-responsabbiltajiet Kostituzzjonali tiegħu bħala President tar-Repubblika,” 

Tajjeb li wieħed jgħid li l-avviż li l-liġi bl-emendi tal-IVF kien spiċċa f’kontroversja fl-aħħar jiem u dan wara li ġie ffirmat u ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fit-12 ta’ Lulju. Ġara iżda lli fl-edizzjoni onlajn tal-gazzetta nbidlet ir-referenza għall-att u għal dan ma ingħatat ebda spjegazzjoni. 

Sport