Il-Parlament Malti sellem il-memorja ta’ Alexei Navalny permezz ta’ minuta ta’ silenzju waqt is-seduta tal-lejla.
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami wara l-minuta ta’ silenzju spjega dwar proposta li ssir talba lill-Kunsill Lokali biex t-triq biswit l-ambaxxata Russa f’San Ġwann tissemma’ għal Navalny u ddeskriva lil Aleksei bħala “l-eroj li ħallas b’ħajtu”.
Il-Whip Laburista tal-Grupp Parlamentari tal-PL, Naomi Cachia kkonfermat li l-Gvern jaqbel mal-proposta li saret mid-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
Il-mewt tal-politiku tal-oppożizzjoni Russa, li kien magħruf sew għall-kritika tiegħu fil-konfront tal-President Russu Vladimir Putin ħasdet lil bosta fuq livell internazzjonali.