F’ittra mibgħuta mill-president tal-basketball, Paul Sultana, lis-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima, huwa għamel talba għall-akkwist ta’ biċċa art biswit il-Padiljun tal-basketball, f’Ta’ Qali.
L-ittra tgħid hekk:
Onorevoli Clifton Grima,
Filwaqt li nispera li tinsab tajjeb, ippermettili nressaq talba għan-nom tal-Malta Basketball Association u l-izvilupp tal-logħba u l-edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjizi z-Zgħar 2023 li se jsiru ġewwa pajjizna.
Wiehed mit-tragwardi kemm tal-Kumitat Olimpiku Malti kif ukoll il-Malta Basketball Association hu li fl-edizzjoni ta’ dawn il-logħob fl-2023 norganizzaw ukoll il-verzjoni tal-basketball 3X3 (li qed tikber ferm fil-popolarita madwar id-dinja u li se tkun milgħuba b’mod uffiċjali għall-ewwel darba fl-Olimpajdi ta’ Tokyo 2020) minbarra l-kompetizzjoni tradizzjonali.
Dan ifisser li jrid ikollna court armat tal-3X3 fuq skala nternazzjonali, xi ħaġa li sa issa m’għandniex izda li pero diġa għandna idea ċara ta’ fejn dan il-court jista jkun zviluppat anke fil-viċinanza assoluta tal-kumpless nazzjonali tal-basketball ġewwa ta’ Qali. B’hekk ukoll inkunu nistgħu, b’sens ferm loġiku u responsabbli, noħolqu sinerġija bir-risorzi ġa ezistenti u li jistgħu jiġu zviluppati, filf-futur qarib, fl-istess kumpless.
Għalhekk f’dan ir-rigward qiegħed nagħmel talba uffiċjali għal medda zghira ta’ art li tinsab ezatt biswit il-kumpless (hekk kif indikat fuq il-pjanta annessa) għax fuq din l-art ikun ferm idejali li jiġi zvillupat il-court fiss nazzjonali tal-3X3.
Nirringrazzjak bil-quddiem tal-għajnuna tieghek.
Paul Sultana
President tal-Malta Basket Association