Taljan ta’ 35 sena qiegħed isofri minn ġrieħi serji wara li safa milqut minn mutur waqt li kien qed isuq e-scooter.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-10.30 p.m. fi Triq Manuel Dimech, San Ġiljan. Wara l-inċident, is-sewwieq tal-mutur telaq minn fuq il-post.
Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.