Taljan ta’ 34 sena kien ikkundannat sena ħabs wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq scooter minn blokka ta’ appartamenti f’San Ġwann.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ fit-23 ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet. Ingħad li minbarra li Christian Faranda Gnao kien mixli li seraq scooter, kien mixli wkoll li kiser sentenza sospiża ta’ ħabs mogħtija s-sena li għaddiet kif ukoll li m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija u li kien fis-sakra.
Quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia, l-imputat wieġeb li huwa ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih. Il-Maġistrat Farrugia kkundannatu sena ħabs u mmultatu €800 fuq l-akkużi tas-serq. Hija ordnatlu wkoll iħallas €450 lil sid l-iscooter.