Sunday, March 8, 2026

Taljan imfittex b’rabta ma’ tentattiv ta’ omiċidju

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:00 p.m., il-Pulizija intalbet tassisti f’Baħar iċ-Ċagħaq wara li daħal rapport ta’ tentattiv ta’ omiċidju.

Minnufih bdiet investigazzjoni u bħalissa l-Pulizija għaddejja bi tfittxijiet intensivi sabiex jinstab l-allegat aggressur, Salvatore Di Prima ta’ 49 sena u ta’ nazzjonalita’ Taljana.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna huwa mitlub jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

F’dan l-istadju mhux se tingħata aktar informazzjoni minħabba s-sensittività tal-investigazzjonijiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport