Thursday, October 24, 2024

Taljan iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Aqra wkoll

Taljan ta’ 47 sena weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tat-7.45am kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Andrea Debono fin-Naxxar.

Fi sqarrija l-Pulizija qalu li mill-ewwel investigazzjonijiet rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn Taljan ta’ 47 sena residenti Birkirkara u vann Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti n-Naxxar.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport