Friday, October 25, 2024

Taljan jinżamm arrestat b’rabta ma’ traffikar tad-droga

Aqra wkoll

Taljan ta’ 41 sena residenti Bormla tressaq il-Qorti fuq akkużi relatati ma’ traffikar ta’ droga kokaina, li kellu pussess ta’ droga, u li kellu wkoll pjanta tal-kannabis fil-pussess.

Il-Prosekuzzjoni qalet li rċeviet informazzjoni li kien hemm vettura tinstaq lejn il-Marsa. Qalet li l-Pulizija marru fuq il-post u li saret search fil-karozza tal-akkużat Salvatore Battalgia, huwa għaddilhom borża ta’ sustanza.

Żiedet tgħid li saret ukoll spezzjoni fid-dar tal-akkużat li tinsab Bormla, fejn hemmhekk instabu ammont sostanzjali ta’ droga tat-tip kokaina.

Kien hawn fejn ġie irrimarkat li l-akkużat stqarr mal-Pulizija li huwa kien qed juża d-droga minħabba l-fatt li din tirrilassah. Il-Pulizija qalet li hu qalilhom li jifforma wkoll parti minn grupp kriminali li jimportaw drogi.

Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest u qalet li għandu kemm residenza u kif ukoll xogħol. Din it-talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni bir-raġuni li l-akkużat jagħmel parti minn grupp kriminali u minħabba biża ta’ intraċċ ta’ provi għax għad fadal xi xhieda x’jixhdu.

Kien għalhekk li l-Qorti pproseduta mill-Maġistrat Nadine Lia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest .

Sport