Wednesday, July 24, 2024

Taljan jinżamm arrestat waqt li kien qed iwettaq ħanut f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Taljan ta’ 30 sena residenti Birżebbuġa inżamm arrestst, wara li fil-Qorti ġie spjegat lii l-Pulizija qabditu fil-waqt li kien qed iwettaq serqa f’ħanut f’San Ġiljan.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li fl-aħħar ġimgħat, l-imputat kien wettaq madwar disa’ serqiet minn divers lukandi, ħwienet u uffiċini fil-Gżira.

Intqal ukoll li fost l-oġġetti misruqa, kien hemm ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti u apparat elettroniku.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport