Saturday, December 21, 2024

Taljan ta’ 56 sena vittma ta’ attakk minn kelb il-baħar

Aqra wkoll

Antonio Straccialini, Taljan ta’ 56 sena li kien jinsab fuq vaganza, lejn l-aħħar tal-ġimgħa l-oħra kien qed jgħum f’La Piscinita l-Kolumbja u spiċċa vittma ta’ ħuta kbira li qaċċtitlu parti kbira minn koxxtu l-leminija. 

Wara l-attakk, Antonio kien jinsab maħsud bl-ammont ta’ demm li tilef. Sfortunatament huwa tilef ħajtu f’dan l-attakk traġiku li seħħ minn kelb il-baħar magħruf bħala tiger shark. Il-katavru ta’ Antonio kien identifikat minn oħtu.

Persuna li kienet fuq il-post waqt il-ħin tal-inċident qalet li: “Ir-raġel li sofra dan l-attakk kien għawwiem tajjeb u kien ilu daqsxejn mhux ħażin fil-baħar. Però, meta mbagħad reġa’ niżel għat-tieni darba huwa kien jinsab imdawwar bid-demm, jgħajjat għall-għajnuna.”

Kemm Mirla Zambrano li hija għalliema tal-għadis, kif ukoll persuni oħra sostnew li kienu sorpriżi ħafna meta semgħu bl-aħbar għax l-attakki mill-klieb il-baħar huma rari ħafna f’dik iż-żona li kien jinsab fiha Antonio, u s’issa dan huwa l-ewwel attakk li qatt sar f’dik iż-żona tant popolari mat-turisti għall-għadis.

Skont l-Ekuo News, Antonio se jibqa’ mfakkar minn sħabu bħala raġel li kellu għal qalbu n-natura u l-avventuri, u bħala dak il-bniedem li dar kull rokna tad-dinja.

Ekonomija

Sport