Mara Taljana kellha tiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:30 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Reġjonali f’Santa Venera.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-mara ta’ 28 sena kienet qiegħda ssuq quadbike tal-għamla Kymco, tilfet il-kontroll u nqalbet.
Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikat li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.