Mara Ġermaniża, li qiegħda tallega li hija Madeleine McCann, ressqet dik li sejħitilha bħala “evidenza” fuq profil ta’ Instagram li nħoloq ftit tal-jiem ilu.
Madeleine kellha biss erba’ snin meta ġiet nieqsa waqt li kienet fuq btala mal-ġenituri tagħha fil-Portugall lura fl-2007.
Il-mara Ġermaniża fuq il-profil tagħha ta’ instagram @iammadeleinemccan spjegat li kien kumment tan-nanna li wassalha sabiex taħseb li hija setgħet tkun it-tifla rappurtata nieqsa.
Tistqarr ukoll li għandha nemex simili għal ta’ Madeleine fuq saqajha u tixtieq ukoll tagħmel test tad-DNA biex tikkonferma l-identità tagħha.
Ara iktar minn din il-ħolqa: