Sunday, December 22, 2024

Tallega li hi u żewġha kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ Alla

Aqra wkoll

Telespettaturi ta’ ITV baqgħu mbellħin ftit tal-ġranet ilu meta fil-programm ta’ filgħodu semgħu lil Nita Marie tgħid li “jien u żewġi jkollna x’naqsmu sesswalment ma’ Alla u kull darba li nagħmlu hekk nesperjenzaw il-Ġenna.”

Marie sostniet ukoll fil-programm ta’ Phillip Schofield u Holly Willoughby li Alla nnifsu approvalha biex tibda taqla l-flus minn fuq OnlyFans.

Il-mara li għanda 45 sena qalet li kien żewġha li stieden lil Alla biex imur magħhom fis-sodda waqt li kienu qegħdin jagħmlu s-sess u din kienet esperjenza li qatt ma tista’ tinsa.

Nita Marie tgħid li hi qatt ma trabbiet bil-fidi ta’ xi reliġjon u kien aktar tard f’ħajjitha li sabet lil Kristu. Hi tgħid li kienet bdiet tieħu ritratti tagħha għerwiena u b’hekk kellha aktar kunfidenza fiha nnifsha. “Ir-ritratti bdew iduru mad-dinja kollha għal xi raġuni. Naħseb li ħafna Insara jridu li jagħmlu dak li jrid Alla minnhom u għalhekk jista’ jkun hemm konflitt fil-morali tagħhom. Jien Alla jridni li niċċelebbra u nħobb lil ġismi,” sostniet Marie.

Skont il-mara hi ma hi tagħmel xejn ħażin għax taf li Alla jħobbha kif inhi. Dawk li semgħu l-intervista baqgħu imbellħin bħalma baqgħu mbellħin il-preżentaturi.

Ekonomija

Sport